Il-cookies u l-privatezza
X'cookies jiġu installati fuq dan is-sit?
Is-sit tal-Parlament ma juża l-cookies għall-ebda raġuni oħra ħlief biex jagħmilha possibbli li jsiru xi funzjonijiet jew iġibhom aħjar, u biex itejjeb l-esperjenza ta' navigazzjoni għall-utenti.
Apparti dawn il-cookies funzjonali u l-cookies għas-sessjoni, jeżistu cookies analitiċi li jintużaw minn għodda ġestita minn terzi għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-esperjenza tal-utenti meta jkunu qed iżuru s-sit tal-Parlament Ewropew fuq l-internet. Is-sit tal-Parlament Ewropew ma jużax web beacons jew teknoloġiji simili ta' tracking. Il-Parlament fl-ebda ċirkostanza ma juża l-cookies biex jiġbor, jipproċessa, ixerred jew jirreġistra data personali. Fejn ikun rilevanti, il-politika tal-Parlament Ewropew dwar il-privatezza tapplika għall-memorja lokali u t-teknoloġiji komparabbli.
Hawn taħt issib lista tal-cookies analitiċi installati mill-għodda "AT Internet":
atidvisitor: din il-cookie tintuża għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-paġni li jżuru l-utenti tas-siti tal-Parlament fuq l-internet
idrxvr: din il-cookie tintuża għall-monitoraġġ tat-traffiku u l-identifikazzjoni tal-problemi li jistgħu jinqalgħu waqt in-navigazzjoni fis-siti tagħna fuq l-internet
atredir: din il-cookie tintuża biex tinżamm l-informazzjoni fil-każ ta' ridirezzjoni permezz ta' JavaScript
atuserid: din il-cookie tintuża biex jiġi rreġistrat l-identifikatur anonimu ta' viżitatur fis-siti tal-Parlament fuq l-internet
Teżisti addon li tippermetti li tiġi diżattivata l-għodda AT Internet (din il-paġna mhix disponibbli bil-Malti).
Informa ruħek aħjar dwar il-politika ta' AT Internet dwar il-protezzjoni tad-data.
Facebook, Twitter, Youtube, Vimeo, Flickr, Storify u għodod oħra ta' terzi jistgħu jużaw cookies għall-kondiviżjoni ta' kontenut fuq in-netwerks soċjali jew għall-produzzjoni ta' statistika dwar l-aċċess. Il-preżenza, in-numru u l-istatus tal-cookies jiddependu fuq kif tuża l-pjattaformi kkonċernati qabel jew waqt li tkun qed iżżur is-sit tal-Parlament .
Ikun tajjeb li taċċerta ruħek rigward il-politika li s-siti rilevanti japplikaw fir-rigward tal-cookies għal netwerking soċjali.
Il-biċċa l-kbira tas-siti li żżur fuq l-internet jużaw cookies biex itejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Permezz tagħhom, is-siti "jiftakruk" - għat-tul ta' dik iż-żjara (billi jużaw "cookie għas-sessjoni") jew għal żjarat ripetuti (billi jużaw "cookie persistenti").
Il-cookies jista' jkollhom bosta funzjonijiet differenti. Jippermettulek li tinnaviga bejn paġna u oħra b'effiċjenza, iżommu nota tal-preferenzi tiegħek u, b'mod ġenerali, itejbulek l-esperjenza waqt iż-żjara tiegħek fis-sit. Il-cookies iħaffulek u jiffaċilitawlek l-interazzjoni mas-sit. Kieku sit ma jużax cookies, kull darba li tmur f'paġna ġdida fuq is-sit jaħsbek viżitatur ġdid - pereżempju, meta tagħlaq menu u tmur f'paġna oħra mhux se jiftakar li dak il-menu fil-paġna preċedenti inti tkun għalaqtu u allura jurik il-paġna li jmiss bil-menu ta' dik il-paġna miftuħ.
Xi siti jużaw ukoll il-cookies biex ikunu jistgħu jimmiraw ir-reklami jew il-messaġġi pubbliċitarji tagħhom skont, pereżempju, il-lokalità fejn inti tkun tinsab u/jew id-drawwiet tiegħek fuq l-internet.
Cookie hija file ta' test sempliċi li s-server ta' sit fuq l-internet iżomm fil-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek. Sussegwentement, dak is-server ikun jista' jirkupra jew jaqra l-kontenut ta' dik il-cookie. Il-cookies jiġu amministrati mill-browser tiegħek. Kull cookie hija unika u tinkludi xi informazzjoni anonima bħal identifikatur uniku, isem is-sit, ċifri u ittri. Permezz tagħha, is-sit jiftakar il-preferenzi tiegħek għan-navigazzjoni.
Cookies interni:
Il-cookies interni jintużaw mis-sit li tkun qed iżżur u jistgħu jinqraw biss minn dak is-sit.
Cookies ta' terzi
Il-cookies ta' terzi jintużaw minn organizzazzjoni li ma tkunx sid is-sit li tkun qed iżżur. Pereżempju, biex isir jaf kemm qed ikollu viżitaturi, sit jista' juża ditta terza ta' tagħrif analitiku, li tuża cookie tagħha stess biex twettaq dak is-servizz. Jista' jkun li s-sit li qed iżżur ikun fih kontenut inkorporat, eż. filmati minn YouTube jew sensiela ta' ritratti minn Flickr. Anke dawn is-siti jistgħu jużaw il-cookies tagħhom stess.
Aktar sinifikanti għall-utent huwa l-fatt li sit jista' juża netwerk pubbliċitarju terz biex jipprovdi reklami mmirati.
Il-Parlament ma jużax servizzi pubbliċitarji.
Cookies għas-sessjoni:
Il-cookies għas-sessjoni jinżammu b'mod temporanju għas-sessjoni ta' navigazzjoni u jitħassru mill-apparat tal-utent meta dan jagħlaq il-browser.
Cookies persistenti:
Il-cookies persistenti jinżammu fuq il-kompjuter tiegħek għal perjodu fiss (normalment sena jew aktar) u ma jitħassrux meta tagħlaq il-browser. Aħna nużawhom meta jkollna bżonn inkunu nafu min int għal aktar minn sessjoni waħda ta' navigazzjoni.
Web beacon huwa xbieha grafika li spiss tkun transparenti u li titqiegħed f'sit fuq l-internet biex tintuża għall-monitoraġġ tal-imġiba tal-utent li jkun qed iżur is-sit. Spiss jintuża flimkien mal-cookies.
Is-sit tal-Parlament ma jużax web beacons jew teknoloġiji kumparabbli ta' tracking.
Meta jużaw il-memorja lokali, l-applikazzjonijiet fuq l-internet ikunu jistgħu jżommu d-data lokalment fil-browser tal-utent. Qabel l-introduzzjoni tal-HTML5, id-data tal-applikazzjonijiet kellha tinżamm f'cookies u tiġi inkluża f'kull talba lis-server. Il-memorja lokali toffri aktar sigurtà, u ammonti kbar ta' data jistgħu jinżammu lokalment mingħajr ma jolqtu l-prestazzjoni tas-sit.
Kuntatti
Servizz tal-Ħarsien tad-Data Personali
Uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-Parlament Ewropew
Email: data-protection@europarl.europa.euSit: http://www.europarl.europa.eu/data-protect/
Kontrollur Ewropew tal-protezzjoni tad-dejta
Email: edps@edps.europa.euSit: https://edps.europa.eu/